Tahrig fil-Volontarjat Socjali

Nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Ottubru, 2001, il-Grupp ghat-Tielet Dinja se jorganizza Kors ghal min hu interessat fil-volontarjat socjali. Is-sessjonijiet se jsiru bejn is-7.00pm u t-8.30pm f’Dar il-Koperattivi, Triq Melita, il-Belt Valletta.  

Dan il-kors ta’ tlettax-il sessjoni ghandu l-ghan li jintroduci l-aspetti ewlenin tal-volontarjat socjali lil dawk li huma mhajrin jimpenjaw ruhhom fis-socjetŕ. Fl-istess hin il-kors ghandu l-ghan li jaghti energija u perspettivi godda lil dawk il-voluntiera li ilhom jaghtu sehemhom f’dan il-qasam ghal snin twal.

Il-kors qed jikkoordinah Roderick Agius li ghadu kemm inhatar President tal-Grupp.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

         Roderick Agius

Il-kors se jiddiskuti dawn it-temi: “Il-Hidma ta’ l-Ghaqdiet mhux Governattivi f’Pajjizna” (Prof. Anthony M. Abela);  “Il-Psikologija tal-Volontarjat” (Bryan Magro); “Kif Tghin” (Jenny Zammit u George Zarb);  “L-Ghazla Favur il-Fqar; L-Ghazla ta’ l-Insara” (Fr. Renč Camilleri); “Il-Faqar f’Malta: Bejn Hrafa u Realtŕ” (Carmen Delia); “Perspettivi Differenti dwar il-Problemi tal-Faqar u l-Ambjent” (Vince Caruana); “Elementi ta’ Social Work fil-Volontarjat” (Agnes Galea Curmi); “Id-Dinamika fil-Gruppi” (Dione Mifsud); “Il-Koperazzjoni Internazzjonali” (Vince Caruana)  “Principji Etici fil-Hidma Volontarja” (Roderick Agius); “Il-Globalizzazzjoni” (Vince Caruana); “Il-Koperattivi u t-Tielet Settur” (Dr. Godfrey Baldacchino); u “Politika Nazzjonali dwar il-Volontarjat”. 

Minhabba r-rivoluzzjoni fil-komunikazzjoni li sehhet fil-pajjizi tan-naha ta’ fuq tad-dinja f’dawn l-ahhar 20 sena kien hemm bidliet kbar fil-mod kif jahdmu l-ghaqdiet volontarji. Dan il-kors jiddiskuti kemm it-temi klassici tal-volontarjat kif ukoll dawn il-bidliet li qeghdin isehhu u li qeghdin joffru sfidi u opportunitajiet interessanti lill-volontiera li jahdmu fuq bazi lokali fl-isfond ta’ realtajiet dejjem aktar globali.

Dawk il-partecipanti li jkollhom access ghall-internet se jkunu jistghu jnizzlu xi materjal b’xejn dwar it-temi diskussi fis-sessjonijiet minn fuq il-website tal-Grupp ghat-Tielet Dinja (www.webgtd.cjb.net). Il-partecipanti, li m’ghandhom bzonn ta’; ebda kwalifika biex jattendu, se jintalbu hlas ta' Lm5 ghall-kors kollu biex ikopru l-ispejjez. Il-hlas u r-registrazzjoni jistghu jsiru dakinhar ta’ l-ewwel sessjoni.

Dan il-kors qed jigi organizzat mill-Grupp ghat-Tielet Dinja bi shab ma’ Kopin (Koperazzjoni Internazzjonali) u l-Koperattiva Kummerc Gust. Ghal aktar taghrif dawk interessati jistghu jcemplu fuq 79703011.

Roderick Agius

(Koordinatur tal-Kors)

 

 

Għall-Ewwel Paġna  |  To the First Page

 

Hosted by www.Geocities.ws

1