Lingwa IDO

Ido bazikament hija lingwa mfassla fil-bidu tas- seklu 20 bil-ghan li issolvi l-problema tal-kommunikazzjoni internazzjonali. Halli nispjegaw xi rridu nghidu b'problema tal-kommunikazzjoni internazzjonali. Jekk jien irrid nikkomunika ma' wiehed Franciz, jien irrid nistudja l-lingwa Franciza; Jekk irrid nikkomunika ma' Germaniz, l-istess, irrid nistudja il-lingwa tieghu, eccetra eccetra. Jekk min-naha l-ohra rrid nikkomunika mac-cittadini kollha tal-Unjoni Ewropeja, ikolli bzonn inkun naf 20 lingwa differenti.

Is-soluzzjoni hi li ahna kollha ghandna nistudjaw l-istess lingwa, jigifieri, barra ilsien pajjizna inkunu nafu lingwa ohra biss; li tkun il-lingwa awziljarja li tghinna nifhmu lil xulxin. Il-lingwa ingliza kienet il-lingwa "de facto" internazzjonalment u dan ghal hafna ragunijiet. Imma, kemm minna ilhom jistudjaw din il-lingwa ghal numru twal ta' snin, u ghadhom ma jifhmux film bl-ingliz jew jaqraw gazzetta Ingliza? Biex titghallem il-lingwa ingliza wiehed irid hafna hin u certu talent. Ma jkunx ahjar kieku l-lingwa awziljarja tkun hafna izjed semplici biex titghallimha, ehfef mill-Ingliz jew min xi lingwa ohra?.

Dik il-lingwa diga tezisti u tissejjah "Ido"; lingwa li harget minn riforma ta' "Esperanto" (lingwa ohra mfassla) imperfett. Ido giet imfassla minn grupp ta' xjentisti u lingwisti f'numru ta' snin, u min hemm harget lingwa li hija l- izjed lingwa prattika li qatt giet ivvintata. M'hemmx dubju li Ido hija ehfef minn xi lingwa nazzjonali ohra biex titghallimha. Wara xi xahar studju wiehed ikun kapaci jifhem il-bicca kbira tad-dokumenti miktuba bl-Ido. Ippruvaha!! Itghallem l-Ido issa u tiltaqa ma' hafna nies li qed jippruvaw dan il- progett!.


IRAR A LA CHEFA MENUO / GHAL MAIN MENU

Sepesma numero di Adavane!!
Lasta numero di Astronomiala Kayereto!!



Contadorvisitas ya ha recibido esta página 1
Hosted by www.Geocities.ws